Trasport u Uniformijiet ta' l-Iskola

L-Ghaqda tal-Konsumaturi nnutat it-tibdil li ser igib maghha l-Avviz Legali 267 tal-2011. Dan l-Avviz Legali ser ihassar l-Avviz Legali 114 tal-1998. L-Avviz Legali 114 kien jinforza li rigward it-trasport ghall-iskejjel, il-prezz ghandu jkun iffissat ghal sena skolastika. Dan kien igib mieghu stabilita' tal-prezz tat-trasport ghat-tfal tal-iskejjel ghal sena shiha. It-tnehhija ta' dan l-avviz legali zgur li jhasseb lill-familji li ghandhom it-tfal imorru l-iskejjel ghaliex ma jkunux jistghu jikkalkolaw kif ser ivarja l-prezz tat-trasport tat-tfal tul is-sena.{nl}

{nl}

L-Ghaqda hi kkonfonduta li dan jista' jwassal ghal zieda fl-gholi tal-hajja ghal dawn il-familji. {nl}

{nl}

Ghalhekk l-Ghaqda kitbet lit-Transport Malta, l-awtorita' kompetenti, sabiex tispjega x'wassal ghal dan it-tibdil u l-konsegwenzi tieghu. {nl}

{nl}

L-Ghaqda tfakkar ukoll li hi mhix sodisfatta bil-pozizzjoni li kien ha d-Dipartiment tal Kompetizzjoni dwar l-uniformijiet tal-iskejjel. L-Ghaqda ghalhekk kitbet ukoll lill-Ufficcju tal-Kompetizzjoni sabiex jergghu jibdew tahditiet sabiex il-genituri jsibu aktar kompetizzjoni f'dan is-suq sabiex ma nergghux nigu ffaccjati bi prezzijiet gholjin fl-uniformijiet meta terga' tibda s-sena skolastika.

Evelyn Chetcuti
Segretarju Generali {nl}

{nl}

{nl}

12 ta' Lulju 2011{nl}