L-Ghaqda tistenna l-Melita tghid liema hi l-verita' filwaqt li tistenna lil MCA

Nirreferu ghall-istqarrija tal-Melita kif dehret fil-website tat-Times of Malta llum.

{nl}

Din l-istqarrija tghid li l-istqarrija tal-Ghaqda hi bbazata fuq nofs veritajiet u informazzjoni mhux kompleta. L-informazzjoni li bbazajna fuqha l-istqarrija hi l-informazzjoni li nghatat  il-lkonsumaturi tal-Melita f’ittra li ntbaghtitilhom.

{nl}

L-Ghaqda qatt ma kkritikat lill-Melita ghaliex ser taghti internet ahjar b’xejn ghal kwazi xahrejn izda ikkritikat il-fatt ta’ kif il-Melita fl-ahhar ta’ dan il-perjodu ser iddahhal konsumaturi biex  jiehdu s-servizz gdid. L-Ghaqda ssostni li l-metodu ma hu xejn ghajr prattika ingusta ghaliex il-konsumaturi bl-ebda mod ma huma qed juru b’mod konxju li huma jridu jidhlu ghal dan is-servizz gdid. Ilkonsumatur ghandu jkollu d-dritt jaghzel jekk jidholx f’servizz gdid jew le u mhux jiddahhal minghajr ma jittendi bi skuza ta’ offerta!

{nl}

Jekk din l-ittra giet approvata mill-Malta Communications Authority xorta ma jibdel xejn mill-fatt li l-metodu hu prattika ingusta ghall-konsumaturi. Jekk il-fatti huma kif qed tghid il-Melita, il-Malta Communications Authority issa ghandha dmir li tispjega l-pozizzjoni taghha.

{nl}

Min-naha l-ohra, l-Ghaqda xorta ser tkompli tinsisti mal-Ufficcju tal-Affarijiet tal-Konsumatur fi hdan l-MCCAA sabiex jezamina din il-prattika kummercjali u jinforma lill-pubbliku jekk din hix wahda ingusta kif temmen l-Ghaqda.

{nl}

Mistoqsija ohra li l-Ghaqda trid tqajjem hija jekk il-Melita hix ser tinforma fi zmien stipulat, lill-konsumaturi, sew lil dawk li jaghzlu u sew lil dawk li ma jaccettawx l-offerta tal-Melita bilkuntratt li se jkollhom fl-ewwel ta’ Frar.

{nl}

L-istqarrija tal-Melita tkompli thawwadna ghaliex qed tghid li anki wara l-perjodu ta’ upgrade l-konsumaturi kollha ser ikomplu jgawdu minn speeds ahjar minghajr ma jkollhom ihallsu xejn izjed. Din l-istqarrija ma taqbel xejn mal-informazzjoni li ntbaghtet fl-ittra. Fl-ittra hemm imnizzel dan li gej:

{nl}

you do not need to do anything.  From the 1st of February, there will be a modest increase of €2.65 (incl. VAT) in your monthly subscription.  Melita is also extending your current contract for an additional twenty four months from that date, and guaranteeing that during the whole of this period there will be no price increases for the M Package.
 
Qed nehmzu kopja tal-ittra personalizzata li l-Melita baghtet il-klijenti taghha.

{nl}

L-informazzjoni fl-ittra li ntbaghtet lill-konsumaturi mill-Melita qed tghid li s-servizz tal-internet bi speed akbar minn dak prezenti, minn wara l-ahhar ta’ Jannar li gej, ser ikun jiswa €2.65 fix-xahar aktar.

{nl}

Minn din l-ittra johrog car li wara l-ahhar ta’ Jannar il-konsumaturi ser ikollhom ihallsu prezz oghla u l-kuntratt taghhom kurrenti jiggedded b’sentejn ohra sakemm ma jinfurmawx bilmiktub

{nl}

il-Melita sal-20 ta’ Jannar 2012. Allura min qed jghid nofs verita’?

{nl}

L-Ghaqda tistenna lill-Melita tinforma lill-klijenti taghha liema hi l-verzjoni t-tajba biex la jkun hemm nofs veritajiet, la gideb u lanqas nuqqas ta’ informazzjoni!

{nl}

Evelyn Chetcuti
Secretarja Generali
15 ta’ Dicembru 2011