L-Ghaqda ma taqbilx ma' kif il-Melita ser iddahhal lill-konsumaturi f'kuntratt gdid

Stqarrija ghall-istampa{nl}

{nl}

L-Ghaqda ma taqbilx ma’ kif il-Melita ser iddahhal lill-konsumaturi f’kuntratt gdid{nl}

{nl}

L-Ghaqda qed tinsisti biex l-awtoritajiet kompetenti jwaqqfu l-prattika ingusta li biha l-Melita qed tuza biex konsumaturi jixtru servizz gdid. Il-konsumaturi li llum qed juzaw is-servizz tal-internet tal-Melita, jekk ma joqoghdux attenti ser isibu li fil-bidu ta’ Frar ikunu dahlu f’kuntratt gdid ta’ sentejn ghal servizz tal-internet bi speed akbar minghajr ma effettivament ikunu ghazlu li jaghmlu dan.{nl}

{nl}

L-Ghaqda thoss li dan il-metodu ta’ kif operatur jottjeni l-kunsens tal-konsumaturi hu prattika qarrieqa ghaliex il-konsumaturi ma jkunux taw il-kunsens taghhom biex jidhlu f’kuntratt gdid filwaqt li biex izommu l-istess kuntratt li ghandhom illum iridu jinfurmaw lill-Melita bil-kitba. Ghall-Ghaqda din hi sitwazzjoni assurda fejn konsumaturi li jkunu passivi se jsibu ruhhom li dahlu f’kuntratti godda minghajr ma jkunu jafu u haddiehor inhall minn kuntratt li kellu maghhom minghajr il-kunsens taghhom.{nl}

{nl}

Ghalhekk l-Ghaqda qed theggeg lill-Ufficcju ghall-Affarijiet tal-Konsumaturi biex jiehu dawk il-passi mehtiega biex iwaqqaf din il-prattika kummercjali. L-Ghaqda talbet ukoll lill- Awtorita’ tal-Komunikazzjoni biex tara fil-kuntest tal-ligi taghha kif tista’ tindirizza din ilkwistjoni u tassigura li l-konsumaturi jkollhom ‘a fair deal’.{nl}

{nl}

Evelyn Chetcuti
14 ta’ Dicembru 2011{nl}