Jum il-Konsumaturi 2013- Gustizzja mal-Konsumaturi

{nl}

Jum il-Konsumaturi – Ġustizzja mal-Konsumaturi

Illum hu Jum il-Konsumaturi. It-tema li ntgħażlet mill-Conusumers’ International(CI) hi Ġustizzja Għall-Konsumaturi. It-tema ntgħażlet sabiex tiffoka fuq il-qagħda tal-konsumaturi in ġenerali fid-dinja u anki b’mod partikolari tal-pajjiżi differenti.

Ftit ta’ żmien ilu l-CI għamlet survey mal-pajjiżi kollha tad-dinja biex tara l-qagħda talkonsumaturi. Fost affarijiet li ħarġu minn dan is-survey kienu li għalkemm il-gvernijiet waqqfu ħafna strutturi sabiex jipproteġu l-konsumaturi, għad hemm nuqqas ta’ rieda politika sabiex jiggarantixxu d-drittijiet tal-konsumaturi.

Għad hemm oqsma bħal drittijiet fil-qasam diġitali, l-ambjent u r-responsabilita’ soċjali talkumpaniji fejn ftit li xejn sar dwarhom. Il-moviment internazzjonali tal-konsumaturi għalhekk jitlob liġijiet aħjar, politika aktar effettiva u aktar infurzar.

Il-qagħda tal-konsumaturi Maltin mhix differenti ħafna minn dik ta’ pajjiżi oħra. Bħal ma wrejna fil-proposti tagħna lill-partiti politiċi għall-aħħar elezzjoni, għad għandna nuqqasijiet mhux ħażin.

L-Għaqda tal-Konsumaturi tieħu din l-okkażjoni biex tawgura li l-Gvern immexxi mill-Prim Ministru Dr Muscat timpenja ruħha, biex bħal ma għamlet fil-passat, taħdem mal-gvern sabiex dawn in-nuqqasijiet jiġu indirizzati. L-Għaqda tħares ukoll għal koperazzjoni sabiex ilmiżuri proposti fil-programm elettorali tiegħu f’dan il-qasam jitwettqu peress li dawn ilproposti jirriflettu dawk li l-Għaqda kienet ipproponiet lill-partiti politiċi qabel l-elezzjoni. LGħaqda tieħu din l-okkażjoni li tawgura lill-Ministru Helena Dalli li ser jkollha r-responsabilita’ ta’ dan il-qasam sabiex bil-ħidma tagħha tħalli impatt pożittiv f’dan il-qasam u b’hekk ilġustizzja mal-konsumaturi Maltin u Għawdxin tiġi mwettqa.

{nl}{nl}