Il-Konsumaturi Ghandhom id-Dritt ta’ Servizz u bl-Ghazla

Il-kwistjoni li regghet inqalghet fuq id-distribuzzjoni tal-gass qed titfa’ dubji  dwar kemm ilkonsumaturi Maltin fl-ahhar ser ikunu jistghu jibbenifikaw mill-kompetizzjoni.  Ghat-tieni jum wara l-iehor, il-konsumaturi qed jigu mcahhda minn dan is-servizz essenzjali.
 
L-Ghaqda temmen li l-ahjar triq ghall-konsumaturi hi li tibqa’ s-sistema fejn id-distributuri jqassmu cilindri tal-kumpaniji kollha.  B’hekk il-konsumaturi jkollhom l-ghazla.  Min-naha lohra, l-Ghaqda temmen li kull distributur li hu kapaci li joffri dan is-servizz ghandu jithalla jaghmel dan.  B’hekk il-konsumaturi jkollhom rashom mistrieha li jekk distributur ma jkunx qed jaghti servizz tajjeb, xorta jkunu moqdija minn dawk li lesti li jaghtu servizz ahjar.  Dan il-fatt ikattar ukoll kompetizzjoni  fuq livell ta’ distribuzzjoni tac-cilindri tal-gass. {nl}

{nl}

Pero’, fil-livell ta’ distribuzzjoni l-Ghaqda temmen li hemm zewg kundizzjonijiet li ghandna naraw li jinzammu:

{nl}

1. li min qed iqassam ic-cilindri tal-gass qed izomm l-istandards mehtiega; u
2. li l-komunitajiet kollha huma iggarantiti b’servizz.

{nl}

Dawn huma kundizzjonijiet li ssibhom ghas-servizzi  bazici li min jidhol fis-suq irid jiggarantixxi servizz tajjeb lill-komunita’ kollha.  Fit-tahditiet li kellha l-Ghaqda mal-MRA aktar kmieni din is-sena kienet sahqet fuq dawn il-kundizzjonijiet ghaliex l-Ghaqda temmen li nistghu niggarantixxu dawn u fl-istess hin ikollna kompetizzjoni ghal l-gid tal-konsumaturi.
 
L-Ghaqda theggeg li r-regolatur, f’dan il-kaz l-MRA, ghandu jiehu d-decizjonijiet necessarji u minghajr aktar dewmien sabiex il-konsumaturi jergghu jibdew jinghataw dan is-servizz taht dawk il-kundizzjonijiet li semmejna mil-lum stess ghaliex ma jistax ikun li l-konsumaturi jibqghu jigu mcahhda minn dan is-servizz.