Il-Bejgh ta' xorb alkoholiku

L-Ghaqda tal-Konsumaturi ma taqbilx mar-regolamenti godda li ma jhallux confectionaries ibieghu xorb alkoholiku wara d-9 ta' filghaxija filwaqt li hwienet ohra jistghu. Fuq kollox il-hwienet li ghandhom aktar mil-licenzja wahda ser jispiccaw fis-sitwazzjoni fejn ser ikollhom jaghzlu taht liema wahda ser joperaw.{nl}

{nl}

L-Ghaqda thoss li dan l-avviz legali jerga' jnaqqas il-kompetizzjoni f'dan is-settur. Dan ghaliex hwienet ohra, li normalment ibieghu xorb alkoholiku aktar gholi, ser ikunu jistghu jibqghu joperaw minghajr kompetizzjoni mis-settur tal-confectionaries. Ir-raguni tghidlek li jekk hemm xi haga hazina fil-bejgh ta' xorb alkoholiku wara d-disgha ta' filghaxija, dan ghandu jghodd ghal kulhadd. {nl}

{nl}

Huwa ghalhekk ovvju li dan ir-regolament qed isir biex jipprotegi lil settur wiehed tal-kummerc ghad-danni ta' setturi ohra tan-negozju u tal-konsumaturi. {nl}

{nl}

Ghalhekk bhala konsegwenza ta' dan kollu aktar ma settur partikolari jkun protett, ser tonqos il-kompetizzjoni u ghalhekk hemm il-probabilita' li l-prezzijiet joghlew. {nl}

{nl}

L-avviz legali jkompli jghid li min ghandu aktar mil-licenzja wahda jkollu jaghzel taht liema licenzja ser jopera. Dan imur kontra l-izviluppi li qed isiru fil-qasam tal-kummerc. Illum kull hanut qed jipprova li jzid l-ghazla tal-prodotti u din il-prattika diga' tezisti fil-bejgh ta' prodotti ohra. Dan ghaliex generalment il-konsumaturi jippreferu li jixtru kollox minn hanut wiehed milli joqoghdu jigru minn hanut ghall-iehor. Hu ghalhekk li ghandek konsumaturi li jippreferu li jixtru minn supermarket milli minn hanut iehor fejn l-ghazla ta' prodotti differenti hi hafna izghar. Hu ghalhekk ukoll li l-hwienet zghar biex ikunu aktar kompetittivi qed jaraw kif izidu l-prodotti differenti li jbieghu biex ikunu kapaci jikkompetu.
 
L-Ghaqda thoss li dan l-avviz legali hu pass lura biex il-konsumaturi jkollhom aktar swieq kompetittivi bl-orhos prezzijiet possibbli.Huwa ghalhekk il-hsieb tal-Ghaqda li titlob li ssir analizi dwar l-effetti li dan l-Avviz Legali se jhalli fuq is-suq mill-Ufficcju tal-Kompetizzjoni fi hdan l-Awtorita' Maltija ghall-Kompetizzjoni u Affarijiet tal-Konsumatur.
 
Evelyn Chetcuti
Segretarja Generali {nl}

{nl}

15 ta' Gunju 2011
{nl}