Distribuzzjoni cilindri tal-gass

{nl}

Ir-Reazzjoni tal-Ghaqda tal-Konsumaturi dwar id-dokument tal-MRA fuq il-bejgh tac-Cilindri tal-Gass

L-Ghaqda tal-Konsumaturi llum qed tippubblika r-reazzjoni taghha dwar id-dokument ‘Reform of the LPG market structure – the Door-to-Door Distribution and Retail of LPG Cylinders” li l-Awtorita’ ta’ Malta ghar- Rizorsi harget ghal konsultazzjoni pubblika aktar kmieni dan ix-xahar.

Dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma bbazati fuq ilmenti maghmula minn konsumaturi u mibnija fuq l-esperjenza ezistenti migjuba bhala rizultat tal-eskluzivita’ geografika ga moghtija lid-distributuri tac-cilindri tal-gass. L-Ghaqda ssostni li din is-sistema bazikament gabet deterjorament tal-kwalita’ fis-servizz moghti lill-konsumaturi.

L-opinjoni tal-Ghaqda hi li:

  • s-suq ghandu jkun liberalizzat u ghalhekk ma taqbilx li operatur jinghata ekluzivita’ geografika biex jopera fuq territorju predefinit mill-Awtorita’ ghaliex tkun qed taghti monoplju lil dan l-operatur;
  • kull min jikkwalifika ma’ standards ta’ sahha, sigurta’ u kwalita’ ghandu jinghata licenzja u joffri servizz lil dawk il-konsumaturi kollha li jkunu jirrikjeduh;
  • l-prezz ghandu jkun wiehed u regolat ma’ Malta u Ghawdex kollu u l-konsumaturi jkollhom l-ghazla li jixtru ccilindru tal-gass ta’ liema kumpanija li jridu;
  • l-kompetizzjoni ghandha pero’ ssahhah is-servizz provdut lill-konsumaturi;
  • hemm bzonn li jkun hemm aktar standards gholjin mid-distributuri fosthom call centre minn fejn konsumatur jista’ jigbor it-taghrif bhal prezzjijet u jordna cilindru tad-ditta u anki jaghzel id-distributur li jrid u theggeg li f’dan il-qasam tiddahhal l-informatika fejn konsumatur ikun jista’ jordna u jhallas ghas-servizz b’mod awtomatizzat;
  • fixed points m’ghandhomx jissostitwixxu t-tqassim bieb b’bieb, izda jkunu komplimentari;
  • jkun hemm tabella fuq kull truck u li konsumaturi jinghataw ircevuta.

Sfortunatament id-dokument tal-Awtorita’ m'hu jipproponi xejn gdid u ma jghid xejn kif ser itejjeb l-infurzar tal-ligijiet u tharis ta’ standards, xi haga li kienet assenti tul dawn l-ahhar snin.

-[camalta/GH_reaction_to_consultation.pdf]==[GH_reaction_to_consultation.pdf]~

29 ta' Novembru 2013