Appell Dwar is-Servizz tat-Trasport Pubbliku

Illum l-Ghaqda tal-Konsumaturi ressqet rikors quddiem it-Tribunal tal-Appell talKompetizzjoni u tal-Konsumatur sabiex tappella minn decizjoni mehuda mid-Direttur Generali tal-Ufficcju ghall-Affarijiet tal-Konsumatur fi hdan l-Awtorita’ ta’ Malta ghall-Kompetizzjoni u
ghall-Affarijiet tal-Konsumatur dwar is-servizz tat-Trasport Pubbliku.

{nl}

F’Lulju li ghadda l-Ghaqda tal-Konsumaturi kienet ressqet ilment quddiem l-Ufficcju ghall-Affarijiet tal-Konsumatur, fi hdan l-Awtorita’ rigward id-diffikultajiet li l-konsumaturi Maltin qed jiffaccjaw wara li fit-3 ta’ Lulju gie introdott servizz gdid tat-trasport pubbliku permezz tal-kumpanija Arriva.  L-Ghaqda ressqet diversi ilmenti fosthom:

{nl}

1. Li filwaqt permezz ta’ fuljett fejn il-konsumaturi gew  imwieghda servizz tal-oghla kwalita’ u kumdita’ r-realta’ kienet ‘il boghod minn hekk u ghaldaqstant il-kumpanija Arriva wettqet prattici kummercjali mhux gusti;
2. Is-Socjeta’ Arriva  naqqset li tispjega l-kundizzjonijiet tal-garr u naqqset ghalhekk li tavza l-konsumaturi  li jekk huma waqt li jkunu qed juzaw it-trasport ipprovdut mill-kumpanija Arriva u jiskadilhom il-biljett waqt il-vjagg huma jkunu obbligati jhallsu nol iehor ghall-vjagg flimkien ma’ multa ta €10 ghax dak l-agir huwa meqjus bhala offiza;
3.  Li jigu mistharrga l-prezzijiet li qed jintalbu jhallsu l-konsumaturi Maltin  biex jipparkjaw il-vetturi taghhom fil-parkegg tal-kumpanija Arriva u dak tal- MCP Ltd. L-Ghaqda talbet sabiex id-Direttur Generali iheggeg il-kumpanija Arriva sabiex tniedi kampanja ta’
informazzjoni anke permezz tat-televizjoni minhabba l-fatt li ghad hemm konsumaturi li ghadhom konfuzi bis-servizz il-gdid u jigu spjegati ahjar il-kundizzjonijiet tal-garr.

{nl}

L-Ghaqda tinnota li d-Direttur Generali tal-Ufficcju ghall-Konsumatur ghandu l-poter li johrog mizura intermedjarja f’kaz ta’ urgenza u minhabba r-riskju ta’ hsara immedjata u serja lill-interessi kollettivi tal-konsumaturi skont il-ligi.  Ghalhekk l-Ghaqda talbet sabiex id-Direttur Generali johrog mizura intermedjarja u jistabbilixxi terminu, l-Ghaqda talbet sal-ahhar ta’ Lulju, sa meta s-servizz pprovdut
mill-kumpanija Arriva ikun dak li hija weghdet.

{nl}

Fir-risposta tieghu datata 19 t’Awwissu 2011 id-Direttur Generali naqas li johrog mizura intermedjarja u  rrisponda li hemm Awtorita’ ohra li qed tindirizza dawn il-problemi u li whud minn dawn l-ilmenti qed jigu indirizzati diga’ minn Awtorita’ ohra.

{nl}

L-Ghaqda ma taqbilx ma’ din id-decizjoni ghax temmen li huwa ghandu l-obbligu u d-dover, skont ilpoteri moghtija lilu mil-ligi, li jirrevedi u jigbor informazzjoni u provi sabiex jista’ jaccerta li s-suq tattrasport pubbliku mhux qed jolqot hazin l-interessi tal-konsumaturi.  Skont l-Att dwar l-Aaffraijiet talKonsumatur hija l-awtorita’ kompetenti li ghandha l-poter tinvestiga dawk il-prattici kummercjali mhux gusti u ebda awtorita’ ohra.