Allegazzjonijiet ta' mili illegali ta' cilindri tal-gass

{nl}

L-allegazzjoni mressqa mill-kumpanija Liquigas hija serja. Is-sahha u s-sigurta’ tal-konsumaturi tigi l-ewwel u qabel kollox – dan huwa principju fundamentali.

L-Ghaqda tistenna li l-Awtorita’ ta’ Malta ghar-Rizorsi flimkien mal-Awtorita ta’ Malta ghall-Kompetizzjoni u ghall-Affarijiet tal-Konsumatur jinvestigaw jekk humiex qed jigu mpoggija fis-suq cilindri li huma perikoluzi ghall-konsumatur u kienx hemm lok ta’ prattici kummercjali mhux gusti.

L-Ghaqda tfakkar li dawn iz-zewg Awtoritajiet ghandhom il-poteri legali kollha mehtiega sabiex jaghmlu investigazzjoni dettaljata. L-Ghaqda fuq kollox tistenna li din l-investigazzjoni
tigi konkluza f’qasir zmien u tkun ippubblikata ghas-serhan tal-mohh tal-konsumaturi Maltin u Ghawdxin.

Il-Konsumaturi Maltin u Ghawdxin ghandhom ikollhom rashom mistrieha, l-ewwel u qabel kollox, li c-cilindri mibjugha fis-suq huma sikuri u minghajr ebda periklu u li mhux qed isehhu prattici kummercjali mhux gusti kif allegat.

Din l-allegazzjoni li qed issir tkompli ssahhah il-fehma tal-Ghaqda li hemm bzonn ta’ aktar infurzar tal-ligijiet u l-htiega li l-Awtoritajiet li ghandna jkunu aktar pro-attivi biex jassiguraw
id-drittijiet tal-konsumaturi.

28 ta' Novembru 2013